L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi organizzat kompetizzjoni bit-tema Il-Kwalità tal-Arja: L-Ambjent Tagħna u l-Irwol Tagħna.  Il-parteċipanti kienu mitluba jiddisinjaw poster dwar din it-tema.
Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fi tliet kategoriji u r-rebbieħa kienu Jethro Azzopardi Duca, Karl Balzan u Ian Zerafa. Il-posters tar-rebbieħa se jintużaw f’inizjattivi sabiex jedukaw u jikkomunikaw mal-pubbliku dwar il-kwalità tal-arja.
Mijiet ta’ parteċipanti bagħtu d-disinn tagħhom u ġew assessjati fuq kemm żammew mat-tema, id-disinn u l-livell t’organizzazjoni u s-sekwenza loġistika tal-ideat.
L-Awtorità rringrazzjat lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni.