Se tittella’ produzzjoni kontemporanja tal-opra Aida ta’ Giuseppe Verdi  bħala parti mill-proġett Valletta 2018 u Leeuwarden-Fryslân 2018.
L-opra se ssir mill-kumpanija Olandiża magħrufa, Opera Spanga taħt id-direzzjoni ta’ Corina Van Eijk, u se tkun akkumpanjata mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
L-opra tirrakkonta l-istorja tal-Prinċipessa Aida u l-maħbub tagħha Radames, il-kmandant militari tal-għadu tagħha. Il-produzzjoni għażlet metodi mhux tradizzjonali sabiex timbotta l-konfini tal-kreattività u tiffoka fuq ir-realiżmu u l-emozzjoni li toffri l-istorja.
L-opra se tittella’ ġewwa Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta f’Settembru.