Splużjoni fil-Għargħur ma' bieb ħalliet persuna fil-periklu tal-mewt.
Jidher li din kienet aktarx bomba ma’ bieb ta’ razzett fi Triq l-Isqof Gargallo fil-Għargħur.
Il-vittma huwa raġel residenti l-Għargħur stess u għandu 42 sena.
Huwa ttieħed b'urġenza l-isptar Mater Dei.
Il-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tat-3:05pm.
Sorsi qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-vittma huwa sid ta’ razzett u ndarab waqt l-isplużjoni. Żiedu jgħidu li dan ma kienx każ aċċidentali.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Audrey Demicoli.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita d-dinamika ta’ dan il-każ.

Din l-istorja qed tiġi aġġornata.

Ritratt: Adrian Stivala