Transport Malta qalet li bħalissa qed tagħmel xogħol t’asfaltar fi Triq Marina Tal-Pietà u li bdew fit-8.00pm. 
L-Awtorita’ kienet installat kanal tal-ilma ġdid f’din it-triq u qalet li wara l-11pm, għal xi ħinijiet, it-triq mhix se tkun aċċessibbli.

It-triq se terġa’ tinfetaħ għal kollox kmieni għada filgħodu.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex kemm jista’ jkun jevitaw iż-żona, isegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.