Nature Trust Malta qalet li qed tinnota bi pjaċir li ħafna skejjel huma kontra t-tqassim ta’ ħalib u frott fl-iskejjel minħabba l-ammont kbir ta’ skart li din tiġġenera.
Qalet li billi hawn ħafna eko-skejjel, dan it-tqassim imur kontra l-prinċipju li l-istess skejjel qed jippruvaw jgħaddu lill-istudenti tagħhom rigward il-ħarsien tal-ambjent.
Nature Trust Malta faħħret l-inizjattiva ta’ Puttinu Cares li biddlet id-drawwa li titlaq bżieżaq fl-arja, b’inizjattiva sostenibbli.
Qalet li dwar it-tqassim tal-ħalib u l-frott fl-iskejjel, l-istudenti stess jistgħu jintalbu joħorġu b’ideat li ma jagħmlux daqstant ħsara lill-ambjent.