Cyrus Engerer qal li qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ rappreżentant permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell.
F’post fuq Facebook, Engerer qal li issa wasal iż-żmien li jimxi għall-pass li jmiss wara li ilu erba’ snin f’din il-kariga.
Spjega kif għażel li jiġi lura Malta. Qal li kien semma dan lill-Prim Ministru fi Frar li għadda, iżda kien intalab u aċċetta jagħmel ftit xhur oħra.
Engerer iddeskriva dawn l-erba’ snin fi Brussell bħala ta’ sodisfazzjon kbir għalih iktar minn kemm kien jimmaġina, u li laqħu l-qofol tagħhom bil-presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Qal li kien żmien li ħassu kburi iktar minn qatt qabel li huwa Malti. Irringrazzja wkoll lill-Ministru Ian Borg li mexxa l-Presidenza Maltija u qal li ħadem fil-qrib miegħu fis-sitt xhur tal-presidenza.