L-eks produttur tal-films Harvey Weinstein ġie akkużat fi New York bi stupru u abbuż sesswali f’żewġ każijiet minn persuni differenti.
Għexieren ta’ nisa allegaw li Weinstein, li għandu 66 sena, abbuża minnhom sesswalment.
Huwa ċaħad l-akkużi kontrih u ħareġ bi pleġġ, iżda qed ikun immonitorat b’apparat tal-GPS.
Id-dipartiment tal-pulizija ta’ Manhattan ħareġ stqarrija li fiha qal li Weinstein ġie arrestat u akkużat bi stupru u b’abbuż sesswali ma’ żewġ nisa differenti. 
Dawn l-allegazzjonijiet kontra Weinstein qajmu l-#MeToo Movement. L-għan tal-moviment hu li jqajjem kuxjenza dwar l-abbuż sesswali u l-fastidju sesswali.