Raġel inżamm arrestat wara li hedded sitt pulizija u beżaq lejn wieħed minnhom. 
Ir-raġel kien intalab imur l-Għassa tal-Pulizija wara li insulenta lil żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta. Meta kien hemm beda jiġġieled ma’ sitt pulizija.
Ir-raġel mill-Bormla li għandu 28 sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ żewġ inċidenti imma inżamm taħt l-arrest.
Il-Qorti semgħet kif ir-raġel daħal fl-Għassa tal-Bormla għall-ħabta tas-7:30pm biex isirulu xi mistoqsijiet b’rabta ma’ allegazzjoni ta’ sewqan perikoluż. Dakinhar, allegatmanet beda jargumenta wkoll ma’ żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta li kienu waqqfuh.
Meta wasal l-Għassa beda jiġġieled ma’ sitt pulizija u spiċċa arrestat.
Hu ġie akkużat li beda jhedded lill-pulizija, li rreżista l-arrest, u li beżaq lejn wieħed mill-uffiċjali.
Fil-Qorti r-raġel saħaq li m’għamel xejn ħażin.
Il-Qorti ordnat biex ir-raġel jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli minħabba l-istat tas-saħħa tiegħu.