Il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat illum li minkejja li l-President tal-Amerka Donald Trump iddeċieda li jħassar it-taħdititet bejn iż-żewġ pajjiżi, jidher li xorta għadhom kommessi li jkomplu d-diskussjoni.
Il-Ħamis, Trump kiteb ittra lil Kim Jong Un sabiex jgħidlu li kien se jħassar is-summit storiku li kien se jkun l-ewwel wieħed tat-tip bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq u l-President Amerikan.
Is-summit kien se jsir fit-12 ta’ Ġunju.
Ir-raġuni ta’ Trump ittieħdet wara li sema’ kumment ta’ Jong Un fil-konfront tal-Amerka, li sostna li kien ‘ostili u mimli rabja’.
Fl-aħħar jiem, il-Korea ta’ Fuq bdiet thedded lill-Istati Uniti li kienet se tħassar is-summit hi stess minħabba kummenti konfrontattici min-naħa ta’ Uffiċjali Amerikani.
Ritratt: Reuters