L-Orkestra tal-Lufthansa se tiġi Malta mill-Ġermanja sabiex ittella’ kunċert flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u Ivan Grech ta’ Wintermoods.
Dan il-kunċert se jsir nhar id-9 ta’ Ġunju fit-8:00 pm fil-Belt Valletta.
Il-kunċert se jinkludi mużika klassika u popolari mis-Sinfonija Numru 5 ta’ Beethoven, is-Slavonic Dances ta’ Dvorak kif ukoll biċċiet popolari minn numru ta’ films.
Il-Membru tal-Board Eżekuttiv għan nom tal-Lufthansa, Dr Bettina Volkens, esprimiet il-kuntentizza tagħha meta tara kif il-mużika tgħaqqad lill-Grupp tal-Lufthansa anke jekk magħmul min-nies ġejjin minn pajjiżi differenti.
Il-kunċert se jkun immexxi mis-Surmast Coling Touchin. L-orkestra tal-Lufthansa hija magħmula mill-ħaddiema tal-kumpanija stess li jiġu minn diversi oqsma fi ħdan il-kumpanija.
Il-biljetti jinkisbu minn hawn.