Nhar il-Ħadd li ġej il-pubbliku se jkun jista’ jżur it-Tempji Megalitiċi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra għall-prezz ta’ €2.
Din l-inizjattiva qed issir bħala parti mill-attivitajiet tal-Festival Agrarju tal-Patata li se jkun qed isir fiż-żona tal-Maqluba fil-Qrendi.
Wieħed jista’ jixtri biljett mill-istand tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi waqt il-Festival.
Min iżur dan is-sit, se jkollu wkoll l-opportunità li jżur ċ-ċentru tal-viżitaturi u l-wirja 4D.
Għal aktar tagħrif tista’ tagħfas hawn.