Dawn huma erba’ kelmiet bl-Ingliż li wisq probabbli lanqas taf li bdew mill-films. Imma mil-liema films?
Toast
Meħuda mil-linja li qal Bill Murray fil-film Ghostbusters – “All right, this chick is toast!”
Din il-frażi tirreferi għal xi ħadd li spiċċa mejjet jew qatluh.
My bad
Il-film Clueless introduċa numru ta’ kliem ġdid fil-vokabularju, iżda l-frażi ‘My bad’ kienet waħda milli spikkat l-aktar. Il-frażi kienet qabdet fil-logħob tal-basketball li kien isir bejn il-ħbieb.
Bucket list
Fil-film li ħareġ fl-2007 The Bucket List, żewġ pazjenti li kienu morda kellhom avventura sabiex jagħmlu realtà x-xewqat li kellhom qabel ma jmutu. Permezz tal-film, din il-frażi saret popolari u t-tifsira baqgħet simili; dik li jirnexxielek tagħmel kemm jista’ jkun ix-xewqat li jkollok realtà.
The dark side
Bla dubju din il-frażi ħarġet mill-films ta’ Star Wars. Permezz tal-film, din il-frażi bdiet tintuża sabiex tirreferi għal dak li hu ħażin f’persuna u li ġeneralment tinżamm mistura.
Fil-film, dawk hekk imsejħa Jedis huma speċifikament mgħallma sabiex jirreżistu dan l-element.