Missio Malta nediet ktieb dwar ix-xogħol tal-missjunarji Maltin.
Il-ktieb li jismu ‘Ġrajjiet: Minn fomm missjunarji Maltin u Għawdxin’ tnieda llum fil-11:30 am fil-Kurja tal-Arcisqof.
Fi stqarrija, Missio qalet li kienet f’kuntatt ma’ missjunarji Maltin biex tiġbor il-materjal għall-ktieb li jinkludi wkoll ritratti.
F’dan il-ktieb hemm ġrajjiet miktuba minn isqfijiet, saċerdoti, patrijiet, u sorijiet, u anki lajċi li għamlu snin twal jew ħajjithom kollha fil-missjoni.