Lost Voice Guy, Lee Ridley rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Britain’s Got Talent wara finali spettakolari.
Ridley għandu 37 sena u t-talent tiegħu huwa stand-up comedy, jiġifieri jgħid iċ-ċajt, minkejja li hu m’għandux vuċi u jitkellem permezz ta’ voice synthesizer.
Ir-raġuni għaliex m’għandux vuċi huwa minħabba li jsofri minn cerebral palsy, kundizzjoni newroloġika fil-moħħ.
Wara li sar jaf li kien hu r-rebbieħ għal din is-sena, ma setgħax jikkontrolla l-eċitament u deher jifraħ u jgħannaq lill-preżentaturi tal-programm.