Nar ħakem residenza fit-Telgħa ta' Gwardamangia dalgħodu għal xid-9a.m. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili stazzjonati l-Furjana u Kordin ikkontrollaw in-nar f'ħin qasir. Omm u tarbija ħarġu mill-ewwel mill-appartament u ħadd ma weġġa f'dan il-każ. Fuq il-post kien hemm Pulizija mit-taqsima tal-RIU kif ukoll mid-distrett biex jgħatu l-assistenza tagħhom.
Ritratti: Ian Noel Pace