minuta qari

Mara weġġgħet gravi meta kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħaż-Żebbuġ li kienu qed jinstaqu f'direzzjoni opposta.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident li seħħ fi Triq is-Siġġiewi għall-ħabta tas-7:00 am.
Il-mara li weġġgħet għandha 42 sena u toqgħod iż-Żurrieq. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti l-Ħamrun.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-mara li kienet maqbuda fil-karozza tagħha.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei. Is-sewwieq l-ieħor ma weġġax.
Filmat: Adrian Spiteri