minuta qari

Tliet Maltin ġew arrestati wara sejba ta’ 10 tunnellati kannabis fuq vapur li telaq minn Malta.
Skont il-Midja Taljana, il-vapur bl-isem "Quest" kien qed itajjar bandiera tan-Netherlands.
B'kollox ġew arrestati 9 persuni mill-Guardia di Finanzia Taljana, il-pulizija tal-kriminalità finanzjarja.
Il-kaptan huwa mir-Rumanija filwaqt li ġew arrestati wkoll żewġ Eġizzjani, Netherlandiż, Kroat, u Taljan.
Din il-ħidma tal-pulizija kienet parti minn intervent imlaqqam "Libeccio International". Kienu ilhom 40 siegħa jsegwu l-vapur.
Skont il-Pulizija Taljana, il-vapur kien sejjer I-strett ta' Ġibiltà. Il-valur tas-suq tad-droga huwa bejn €15-20 miljun.
Il-Pulizija qalet ukoll li żewġ Maltin li ġew arrestati huma parti minn organizazzjoni Maltija li hija perikoluża. Intqal li l-kap ta' din l-organizazzjoni diġà ġie arrestat fl-2017 b'rabta mal-kuntrabandu tas-sigarretti.
Filmat: Guardia di Finanzia