Dar antika fl-Imsida magħrufa għaż-żewġ statwi li kellha f’niċeċ mal-faċċata tagħha spiċċat mingħajrhom hekk kif hemm applikazzjoni sabiex il-propjetà titwaqqa’.
Iż-żewġ statwi li għebu huma ta’ valur ta’ wirt kulturali għoli.
Bil-każ ġiet infurmata s-Sovratindenza tal-Wirt Kulturali. Intalbet ukoll Ordni ta’ Konservazzjoni fuq il-propjetà.
Ritratti: Ian Noel Pace