Ajurplan tal-Air Malta ntlaqat minn trakk ta’ kuntrattur fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li l-inċident seħħ illum waranofsinhar. Jista' jkun li jiġu affetwati xi titjiriet.
L-ajruplan qed jiġi spezzjonat mill-inġeniera tal-Air Malta biex tiġi evalwata l-ħsara.
Skont l-Air Malta t-trakk huwa ta' kuntrattur tal-catering.
Aktar kmieni llum l-Air Malta qalet li ħassret żewġ titjiriet u posponiet sebgħa oħra bejn illum u għada.
Fuq is-sit tagħha, l-Air Malta qalet li dan ix-xkiel huwa r-riżultat ta’ “restrizzjonijiet tal-ħidma u strajk fl-Italja”.