Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza lbieraħ filgħaxija f’Tal-Pietà.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fl-10:35pm fi Triq L-Indipendenza.
Ir-raġel barrani ta’ 26 sena, residenti l-Imsida ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.