Il-kumpanija Apple ħarġet bl-aħħar verżjoni tal-iOS, l-iOS 12. Din il-ġimgħa l-kumpanija ħarġet b’mudell ta’ dan il-programm li hu mistenni li joħroġ fis-suq b’mod uffiċjali f’Settembru li ġej.
Sadanittant wieħed jista’ jinstalla l-prova tal-iOS 12 fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jew fil-bidu ta’ Lulju.
Ma sarux bidliet kbar fil-viżwali tal-programm iżda saru xi arranġamenti li jagħtu spinta fil-veloċità tal-mowbajls aktar antiki.
Il-kumpanija Apple qalet waqt konferenza, li l-apps se jiftħu 40% aktar malajr, filwaqt li l-kamera se taħdem b’70% iktar veloċità fuq l-iPhone 6S – il-mudell li ħareġ fl-2015. Aktar avvanzi se jsiru fuq l-applikazzjoni Siri, FaceTime kif ukoll aċċess għal kontroll fuq il-limitu tal-użu tal-mowbajl.