Mill-inqas erba’ ħallelin daħlu mgħammda f’dar ta’ tliet aħwa anzjani fil-Qala u serqu ammont kbir ta’ flus kontanti.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu fi Pjazza San Kerrew, ħdejn il-Knisja tal-Kunċizzjoni.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li tnejn min-nisa, li għandhom 74 u 69 sena marru l-quddies, filwaqt li l-oħra li għandha 83 sena baqgħet id-dar.
Qalu wkoll li meta ż-żewġ nisa waslu lura d-dar sabu lil oħthom marbuta ma’ siġġu.
Hija sofriet ġrieħi ħfief.
Kelliem għall-Pulizija qal li meta ħabbat il-bieb u fetħu sabu ħallelin mgħammda li talbuhom il-flus u bdew iqallbu d-dar.
Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post b’vettura bajda.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.