It-titjira tal-Air Malta minn Vjenna għal Malta li kellha tasal illum fis-12.50pm ġiet ittardjata bi kważi erba’ siegħat hekk kif skont is-sit tal-Air Malta issa se tkun qed tasal fl-4.37pm.
It-titjira, KM515 kienet skedata bil-Bulgarian air charter li kien imanifatturat 26 sena ilu u bħalissa jinsab mikri sabiex jopera fl-iskedi tal-Air Malta.
Dan kien ikkonfermat mis-sit tal-Air Malta stess.
Newsbook.com.mt ipprova jikkuntattja lil xi kelliema tal-Air Malta madanakollu sal-ħin tal-pubblikazzjoni t-tweġiba kienet għadha ma waslitx.
Aktar titjiriet jittardjaw
Minbarra t-titjira msemmija hawn fuq, hemm tliet titjiriet oħra tal-Air Malta li ġew affetwati minn dewmien. Dawn jinkludu:

  • KM455 li ġejja minn Lyon għal Malta se tittarjda b’siegħa u kwarta
  • KM2805 li ġejja minn Frankfurt għal Malta se tittardja b’nofs siegħa
  • KM187 li ġejja minn Suntherland għal Malta se tittardja b’madwar kwarta

Aktar titjiriet ikkanċellati
Saret aħbar ta’ kuljum fl-aħħar jiem li l-Air Malta tikkanċella t-titjiriet tagħha minħabba xi problema jew oħra.
Fuq is-sit tagħha, l-Air Malta qalet li dan ix-xkiel huwa r-riżultat ta’ “restrizzjonijiet tal-ħidma u strajk fl-Italja”. L-istess raġuni li ilha tissemma għall-aħħar jiem, hekk kif bejn il-ġimgħa u lbieraħ ġew ikkanċellati mas-7 titjiriet oħra.
Min-naħa l-oħra spjegat li l-ajruplan KM614 qed jopera skont l-iskeda.
It-titjiriet ikkanċellati huma dawn:

  • KM615 minn Ruma għal Malta
  • KM 476/AF 3044 minn Malta għal Orly f’Pariġi
  • KM477 minn Malta għal Orly f’Pariġi