L-ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti Pierre Clive Agius ingħaqad flimkien ma’ 28 ambaxxaturi oħra tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li ffirmaw ittra miftuħa li ġiet ippubblikata fuq il-Washington Post u hi indirizzata lill-Istati Uniti.
Fl-ittra l-ambaxxaturi kkrittikaw it-tariffi kummerċjali ta’ tal-President Amerikan Donald Trump. Dan wara li Trump għamel tariffi fuq l-aluminju u l-azzar fuq l-Ewropa u alleati oħra fin-negozju.
Huma elenkaw numru ta’ fatti li fi kliemhom jitkellmu waħidhom u juru x’inhi l-verità dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li jingħad li l-Istati Uniti qegħdin fuq in-naħa telliefa, huma jiċċaraw li dan mhux il-każ. Fost l-affarijiet li ssemmu nsibu li l-Istati Uniti jagħmel iktar flus meta jagħmel negozju mal-UE.
70% tal-investiment diretti barrani fl-Istati Uniti, ġej mill-Ewropa. Dan jammonta għal $2.356 triljun meta kkumparat mal-$2.38 triljun li l-UE ddaħħal bħala investiment dirett barrani ġej mill-Istati Uniti.
Huma qallu li diversi ostkali legali u burokratiċi tneħħew biex is-suq ikun iktar miftuħ.
Huma sostnew li hemm bżonn li jaħdmu fuq produzzjoni żejda tal-azzar fiċ-Ċina u distorzjonijiet oħra fis-suq. Filwaqt li temmew li għandu jitejjeb l-aċċess tal-kumpaniji fis-suq, ikun hemm iktar ħidma dwar is-serq tal-propjetà intellettwali, tnaqqis fil-burokrazija, iktar innovazzjoni u investiment.