L-eks President tal-Panama, Ricardo Martinelli, se jiġi estradit mill-Istati Uniti llum fejn kien qed jinżamm wara li nqabad f’każ ta’ wiretapping illegali.
Dan ġie kkonfermat ma’ Reuters permezz ta’ messaġġ fuq WhatsApp mill-avukat Sidney Sitton.
Il-Ġimgħa, il-President Juan Carlos Verla qal li d-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti approva t-talba tiegħu sabiex il-predeċessur tiegħu jiġi estradit.
Martinelli ġie arrestat fl-Istati Uniti s-sena l-oħra wara li l-Panama talbet l-estradizzjoni tiegħu minħabba allegazzjonijiet li qed jgħidu li għamel użu minn fondi pubbliċi sabiex jispijja fuq aktar minn 150 politikant rivali tiegħu bejn l-2009 u l-2014.
Hu ġie arrestat f’Ġunju tal-2017 viċin ta’ Miami, fejn kien qed jgħix wara li telaq mill-Panama fl-2015.
Martinelli, li għandu 66 sena kellu numru kbir ieħor ta’ każijiet pendenti li jvaraw minn misappropjazzjoni ta’ fondi pubbliċi kif ukoll bejgħ ta’ maħfriet.
Ritratt: Reuters