Sa €50,000 se jitqassmu lil massimu ta’ 5 rebbieħa fil-Premju tal-EESC għas-Soċjetà Ċivili 2018.

L-għan ta’ dan il-premju hu li jirrikonoxxi l-inizjattivi li taw kontribut siewi lill-isfidi tal-għarfien dwar l-identitatjiet Ewropej, l-aspett kulturali u tal-wirt storiku, u l-promozzjoni ta-valuri Ewropej bħalma huma d-dinjità umana, d-drittijiet umani u d-demokrazija.

L-applikazzjonijiet għal dan il-proġett għandhom jaslu sas-7 ta’ Settembru 2018, biex iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni ssir fi Brussell f’Diċembru.

Għal aktar informazzjoni u dettalji dwar kif tapplika, tista’ ssegwi dan il-link.