It-Teżor ħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn 12/06/2018 u 11/12/2018 (iż-żewġ dati inklużi) se tkun ta’ 0.633% fis-sena.

Fisser li din ir-rata ta’ mgħax hi aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppubblikata l-Ġimgħa li għadda b’ -0.267%, flimkien ma’ spread ta’ 90bps.