MGOZ - George Scerri

Il-vapur t’Għawdex ġarr iktar minn 55,000 passiġġier f’202 vjaġġ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex semma d-diversi attivitajiet li saru f’Għawdex, fosthom il-kunċerti RockAstra u Leone goes Pop.

Fil-ġonna pubbliċi tal-Villa Rundle, ittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex festival marbut man-naħal, bl-isem ta’ Bee & Honey Fest.

F’Għawdex saret ukoll rikostruzzjoni tal-avveniment storiku meta t-truppi Franċiżi, 220 sena ilu, invadew lil Għawdex u ħadu kmand tal-gżira. Din ir-rikostruzzjoni kellha l-involviment ta’ 550 persuna lebsin iilbies tal-epoka.

Il-festival ‘Abode on the rock’ attira 1,700 żagħżugħ u żagħżugħa barranin lejn il-gżira Għawdxija, liema festival ħalla impatt ekonomiku tajjeb u ġġenera ħafna xogħol.

Fir-raħal ta’ Santa Luċija ġie organizzat il-festival annwali tal-inbid bl-isem ‘Bis-saħħa’.