David Spiteri Gingell se jkun qed imexxi r-riformi fl-istrutturar u l-immaniġġjar fil-Gozo Channel b’mod li tkun iktar preparata għaż-żieda fid-domanda u l-isfidi tal-futur.

Spiteri Gingell inħatar mill-Ministeru għal Għawdex biex imexxi l-bidliet meħtieġa fl-isfond tar-rwol li għandu l-Gozo Channel fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-gżira Għawdxija.

Il-proċess ta’ ristrutturar ser ikun immexxi mill-Bord ta’ Reviżjoni għall-Bidla fl-Immaniġġjar fosthom iċ-Chairperson tal-Gozo Channel. Il-Ministeru saħaq li l-għan ewlieni se jkun dak li l-kumpanija topera b’mod aktar effiċjenti.