NnG Promotions ħabbru li Emma Muscat, it-tfajla ta’ 18-il sena li ħafna jafuha bħala ‘Emma ta’ Amici’ se tkun qed tipparteċipa fil-kunċert ta’ Joseph Calleja u Eros Ramazzotti li se jsir fil-21 ta’ Lulju.

Emma kantat ma’ diversi artisti Taljani u internazzjonali, fosthom gianni Morandi, Laura Pausini, Al Bano, Rita Pavone, Elisa, Arisa, Annalisa, Alice Merton Fedez u Alvaro Soler.

Minkejja li ġiet eliminati, is-semifinalista ta’ Amici ffirmat kuntratt mal-Warner Music Record qabel ma ġiet lura Malta nhar il-Ġimgħa li għadda. Hija ngħatat merħba kbira fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Emma Muscat qalet li huwa unur għaliha li se tkanta ma’ Calleja u Ramazzotti u li tkun parti minn dan l-ispettaklu nazzjonali.