Ritratt: Reuters

Il-midja tal-Korea ta’ Fuq qalet li s-summit bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un u l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump kien ta’ suċċess kbir.

Fost il-passi li ttieħdu għal relazzjonijiet aħjar semmew il-konċessjonijiet minn Trump u l-prospett ta’ era ġdida ta’ paċi u prosperità fuq il-peninsula Koreana.

Skont ir-rapport mill-Korean Central News Agency (KCNA), Trump esprima l-intenzjonijiet tiegħu li jwaqqaf l-eżerċizzji militari ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel, li joffri garanzija ta’ sigurtà lill-Korea ta’ Fuq u jneħħi s-sanzjonijiet kontriha sabiex isaħħaħ ir-relazzjonijiet.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, Trump kien qal li jrid ineħħi s-sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq iżda qal ukoll li dan ma kienx se jsir immedjatament.

Jong Un u Trump stiednu lil xulxin fil-pajjiżi tagħhom u jidher li t-tnejn li huma aċċettaw.

Ritratt: Reuters