Skont l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans, il-Polonja għadha ma ndirizzatx it-tħassib prinċipali tal-KE dwar l-indipendenza tal-Qrati.

Skont ir-Reuters, Timmermans qal li se jkun qed iżur il-kapitali Varsavja l-ġimgħa d-dieħla.

Fil-Parlament Ewropew, Timmermans qal li l-emendi li ġew introdotti mill-partit tal-Liġi u Ġustizzja (PiS) għar-riformi fil-ġudikatura ma kienux biżżejjed. Żied jgħid li r-riformi kellhom ir-riskju li jmorru kontra s-separazzjoni tal-poteri f’demokrazija.

Timmermans qal li fit-3 ta’ Lulju, 27 mit-72 imħallef tal-Qorti Suprema se jkunu qed jiffaċċjaw ir-riskju li jiġu sfurzati jirtiraw.