Marc Fromager, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need fi Franza,u l-editur tal-magazine The Church in the World, se jagħti taħdita f’Malta f’Lulju li ġej.

Hu se jitkellem dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-Lvant Nofsani u l-effetti tagħha fuq il-Kristjani tal-post. It-taħdita se ssir it-Tnejn, 2 ta’ Lulju, f’lukanda ewlenija f’Ħ’Attard, fis-7.00pm.

Fil-Lvant Nofsani, li qed jinbidel b’rata mgħaġġla, skont Marc Fromager, il-Kristjani dejjem jisfgħu l-vittmi b’riżultat tar-radikalizzazzjoni tal-Iżlam. F’din it-taħdita, huwa ser jiddiskuti l-identità tal-Kristjani tal-Lvant Nofsani, in-natura tal-proċessi li għaddejjin minnhom illum u r-raġunijiet profondi tal-inkwiet tagħhom. Hu jistedinhom biex jibqgħu sħaħ fit-tama għall-popolazzjoni kollha tal-Lvant Nofsani u għalina lkoll.

Fil-ktieb magħruf tiegħu War petroleum and radicalism – Middle East Christians caught in a vice, Fromager iħares lura lejn l-oriġini tal-kunflitti li ilhom żmien twil għaddejjin minnhom is-Sirja u l-Iraq.

Min hu interessat jattendi għat-taħdita jista’ jċempel fuq21487818 jew jibgħat imejl lil info@acnmalta.org biex jirriżerva post.

L-avveniment huwa bla ħlas iżda donazzjonijiet b’risq il-Kristjani fil-Lvant Nofsani huma apprezzati.