Raġel kellu jittieħed l-isptar wara ħabta fi Triq tal-Ħandaq fil-limiti ta’ Ħal Qormi bejn vann u trakk.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 am.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel li ttieħed l-isptar għandu 55 sena u joqgħod Birkirkara. Hu kien qed isuq il-vann. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Is-sewwieq tat-trakk ma weġġax.

Ritratti: Ian Noel Pace