William Carvalho, Gelson Martins, Bruno Fernandes u Das Bost temmew il-kuntratti tagħhom mat-tim Portugiż ta’ Sporting Lisbon.

Din id-deċiżjoni waslet wara l-inċident spjaċevoli tax-xahar l-għadda meta 50 ultra mgħammdin daħlu fil-kumpless sportiv fejn attakkaw lit-tim u lill-istaff tekniku. Bħalissa Carvalho, Martins u Fernandes qed jippreparaw sabiex jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja mal-Portugal. Dawn tal-aħħar għandhom sfida diffiċli fl-ewwel logħba tagħhom hekk kif ħa jiltaqaw ma’ Spanja  qabel ma jaffrontaw lill-Marokk u lill-Iran.

Iċ-champions Ewropej jistgħu jserħu rashom fuq il-prolifiku Cristiano Ronaldo li rebaħ ħames Blalen tad-Deheb iżda d-difensuri ċentrali, Bruno Alves, Pepe u Jose Fonte, għandhom età globali ta’ 104 u kapaċi jbagħtu kontra avversarji veloċi.