Facebook

Id-Direttur Artistiku tat-TVM u Uffiċjal fil-Kunsill Malti għall-Arti Frederick Testa ssuġġerixxa li l-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa għandu “jintefa’ f’ħalq il-lupu”.

Testa kiteb dan fuq Facebook taħt ritratt ta’ ittra li ntbagħtet lill-gazzetta Times of Malta. L-ittra nkitbet mid-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista Aleander Balzan. Tkellem dwar l-aħħar rapport dwar Malta li tħejja mill-Membri tal-Parlament Ewropew li qed jinvestigaw il-pajjiż. Balzan qal li dan kien rapport malizjuż imħejji minn Casa li huwa mimli b’invenzjonijiet.

Fl-2013, il-kumpanija 26th Frame kienet qed tikkunsidra li ma xxandarx l-aħħar 3 programmi ta’ F’Salib it-Toroq.

Dakinhar il-kumpanija ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li rnexxielha tilħaq ftehim ma’ PBS biex issir apoloġija pubblika wara li l-Kap tat-Taqsima tad-Drama tal-istazzjon nazzjonali Frederick Testa kien maqdar fuq Facebook il-karattru ewlieni ta’ Karmelina.

Testa kien iddeċieda li jneħħi l-profil tiegħu minn fuq Facebook wara l-każ.