Miet l-aqwa Doberman f’Malta wara li ġie vvelenat. Omar Pasha, miet illum, skont sidu wara li ġie vvelenat ftit aktar minn ġimgħa ilu. Jidher li din kienet battalja kiefra għall-kelb hekk kif sidu qal li l-velenu li ngħata lil kelb dam 10 ijiem biex qatlu.

Sid il-kelb esprima dieqa kbira għat-telfa tal-kelb, li hu rinomat bħala l-aqwa wieħed fil-kategorija tiegħu, hekk kif kien jipparteċipa u jirbaħ f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.

L-aħħar premju li Omar Pasha rebaħ kien il-ġimgħa l-oħra fejn ħa rebaħ it-titlu ta’ Champion of Champions fil-grupp tiegħu fil-Blue Lagoon International Dog Show Malta. Din l-aħbar ġabet l-istmerrija ta’ ħafna, speċjalment ta’ dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali. Fuq il-midja soċjali kienu bosta dawk li esprimew solidarjetà ma’ sid il-kelb filwaqt li staqsew kif għadhom iseħħu dawn l-atti krudili.