Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhux biżżejjed li titwieled Malta biex takkwista ċittadinanza Maltija.

Mistoqsi mid-deputat parlamentari Godfrey Farrugia dwar jekk tfal ta’ immigranti llegali li twieldu Malta, jingħatawx ċittadinanza Maltija, il-Prim Ministru qal li li persuni li twieldu f’Malta wara l-31 ta’ Lulju 1989 jakkwistaw ċittadinanza Maltija taħt il-provvedimenti tal-Att Dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) awtomatikament mat-twelid f’Malta biss jekk wieħed mill-ġenituri ikun ċittadin Malti.