F’Malta huwa kkalkulat li medja ta’ żewġ persuni fix-xahar ineħħu ħjjithom b’idejhom.

Statistika fil-Parlament uriet li matul is-sena li għaddiet kien hemm 25 persuna li kkommettew suwiċidju. Fl-aħħar disa’ snin, l-aktar ammont ta’ suwiċidji seħħew fl-2015 b’36 każ, waqt li din is-sena diġà kien hemm 12-il każ.

Għal kull mara li tagħmel dan l-att estrem ikun hawn medja ta’ erba’ irġiel li jirrikorru għas-suwiċidju. Mill-2010 ‘il quddiem kien hemm 223 suwiċidju li minnhom 194 kienu rġiel waqt li 29 kienu nisa. Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ta dan it-tagħrif fil-Parlament bi tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Jekk inti għaddej minn xi mument diffiċli f’ħajtek, tista’ ċċempel lill-Aġenzija Appoġġ fuq in-numru 179.