Fl-aħħar jiem daru diversi ritratti fuq il-midja soċjali Indjana li juru flus imqattgħa ġewwa magna li minnha tiġbed il-flus.

It-tekniċi tal-bank kienu msejħa biex jinvestigaw għala din l-ATM ma kinetx qed taħdem għal xi jiem. Kif fetħu l-magna sabu madwar €15,188 jew Rs 1.2 miljun imqattgħa biċċiet u far mejjet fil-magna. Uffiċjal għall-Bank tal-Istat tal-Indja qal li t-tekniċi kienu xxukkjati meta sabu l-karti mqattgħin u l-far mejjet.

Il-każ seħħ fl-Istat ta’ Assam fil-Grigal tal-Indja.  Il-far ma laħaqx kiel madwar Rs 1.7 miljun. Din mhux l-ewwel darba li ġrat, hekk kif ftit xhur ilu l-kameras qabdu żewġ ġrieden fl-ATM f’Astana fil-Kazakhstan. Skont ir-rapport kienu kielu madwar €250.