Kadavru ta’ raġel Malti jinsab fuq bankina taħt xi arbuxelli f’San Pawl il-Baħar fl-inħawi magħrufa bħala tal-Gillieru. Il-Pulizija kkonfermat li r-raġel għandu 49 sena u huwa residenti il-Mellieħa.

Is-sejba makabra saret għal ħabta ta’ tmienja neqsin kwart ta’ dalgħodu minn persuni li kienu għaddejjin mill-post u raw il-kadavru tar-raġel taħt arbuxelli fuq il-bankina.

Ir-raġel kien ċertifikat mejjet fuq il-post u l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.