Reuters

Banksy pinġa pitturi dwar l-immigrazzjoni fuq il-ħitan tat-toroq ta’ Pariġi, waqt li l-mexxejja dinjin qegħdin jargumentaw fuq min se jieħu lill-immigranti. Dan hu att politiku mill-artist tal-graffiti magħruf bħala artist hit and run għaliex l-identità tiegħu tibqa’ anonima.

Il-pitturi dehru l-ewwel nhar l-Erbgħa li għadda, fil-Jum Dinji tar-Refuġjati, u xi wħud minnhom diġà ġew vandalizzati.

Pittura minnhom, li saret fi triq magħrufa li fiha jorqdu l-immigranti, turi tifla b’karnaġġjon skur tiżba’ swastika bir-roża. Il-vandali ġabuha tidher daqslikieku kienet qiegħda tpinġi s-simbolu Nazist hi stess.

Reuters
Reuters
Reuters
Reuters
Reuters