‪Reuters

Il-Viċi President tal-Istati Uniti, Mike Pence qal li jekk l-Amerikani Ċentrali bi ħsiebhom jemmigraw lejn l-Amerka għandhom jagħmlu dan b’mod legali.

Dan qalu f’waħda mill-ewwel waqfiet li kellu fiż-żjarat li qed jagħmel bħalissa fl-Amerika Latina.

Aktar kmieni, persuna viċin il-White House qalet lil xi ġurnalisti li Pence kien se jiltaqa’ mal-Presidenti tal-Gwatemala u l-Honduras, kif ukoll il-Viċi President ta’ El Salvador sabiex jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti.

Il-laqgħa se tkun qed issir ġimgħa biss wara li l-President Donald Trump ordna sabiex ifarrak għadd ta’ familji li qasmu għall-Amerka b’mod illegali.