Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu fi Brussell illum biex jiddiskutu miżuri ġodda biex inaqqsu l-wasliet ta’ bosta immigranti fil-Mediterran bir-riżultat li tixħet pressjoni fuq ħafna gvernijiet Ewropej

Peress li l-Partiti Populisti u dawk tal-lemin qiegħdin jiżdiedu mmens madwar l-Unjoni Ewropea, il-blokk se jimxi biex irażżan il-fruntieri esterni tiegħu u jalloka aktar flus għall-pajjiżi f’reġjuni bħall-Afrika ta’ Fuq biex jevitaw li n-nies jidħlu fl-Ewropa.

Imma l-mexxejja tal-UE ma jaqblux ma’ dawk li jfittxu l-ażil leġittimu u dwar dawk li qed jaħarbu mill-kunflitti fil-Lvant Nofsani u l-Afrika. fejn għal dawn l-aħħar tliet snin, r-rata ma wriet l-ebda sinjal ta’ tnaqqis.

Il-Kanċillier Angela Merkel hija taħt pressjoni mill-imsieħba tal-koalizzjoni tagħha biex iwaqqfu l-immigrazzjoni lejn il-Ġermanja, filwaqt li l-Italja ilha megħluba bil-wasliet u l-gvern il-ġdid qiegħed jirrifjuta kwalunkwe mossa li tara li tittratta aktar nies.

Fil-periklu, hemm l-unità u l-fiduċja tal-membri tal-UE, kif ukoll dawk fiż-żona Schengen. Sakemm ma tinstabx soluzzjoni pan-Ewropea, xi pajjiżi qed jheddu li jtajru l-kontrolli tal-fruntieri biex ma jdaħħlux immigranti li ma jridux.

Il-kapijiet ta’ diversi stati u gvernijiet tal-UE, mexxejja tal-partiti, mexxejja tal-oppożizzjoni, il-Partit Popolari Ewropew u l-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew – Donald Tusk, Jean-Claude Juncker u Antonio Tajani – ser jieħdu sehem fis-Samit li jmiss tal-EPP, li se jsir fi Brussell fit-28 ta ‘Ġunju. Fuq l-aġenda se jkun hemm it-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fit-28 u d-29 ta’ Ġunju.

Il-President tal-PPE, Joseph Daul, se jospita s-Summit. Iċ-Chairman tal-Grupp PPE fil-Parlament Ewropew, Manfred Weber, is-Segretarju Ġenerali tal-PPE Antonio López-Istúriz u l-membri tal-Presidenza tal-PPE se jipparteċipaw.

In-Negozjatur Ewlieni tal-Brexit Michel Barnier se jattendi wkoll.

Bżonn ta’ Solidarjetà – PES

Prim ministri mill-Partit tal-Ewropew għas-Soċjalisti qablu li d-dibattitu publiku Ewropew fuq il-migrazzjoni għandu ingredjent vitali nieqes; dak ta’ solidarjetà.

Dan intqal immdejatament qabel is-summit tal-Kunsill Ewropew. Tul din il-laqgħa, huma ddiskutew ħidma komuni għar-refuġġjati Ewropej. Huma ddiskutew ukoll it-theddid li jirriżulta miż-żieda tal-popolazzjoni u l-lemin estrem.

Il-President tal-PES, Sergei Stanishev qal li “f’ dawn il-ġranet, fid-dibattitu publiku dwar il-migrazzjoni u l-ażil, jidher li hemm żewġ fhemiet opposti: dik ta’ Seehov u dik ta’ Salvini”. Horst Seehov huwa l-mexxej tal-Unjoni Soċjali Kristjana, filwaqt li Matteo Salvini huwa l-Ministru tal-Intern fl-Italja. Huwa qal li Seehov jirrifjuta s-solidarjetà bejn il-pajjiżi, filwaqt li Salvini jirriffjuta s-solidarjetà ma’ nies li jinsabu f’diffikultà.