Kawża ta’ żieda kbira fil-prezzijiet tal-appartamenti f’Hong Kong, in-nies lokali qed jitħajru jinsew is-superstizzjonijiet ta’ appartamenti marbuta ma’ xi maledizzjoni, sabiex ikunu kapaci jixtru djar bi prezz ferm orħos.

Eżempju ċar ta’ dan huwa ir-raġel Ng Goon-Lau li xtara appartament zgħir ta’ 325 pied kwadru għall-prezz relattivament baxx ta’ HK$1.1 miljun (€109,774). Tmien snin wara dan l- appartament qiegħed jinbiegħ ghal-prezz ta’ HK$4.4 miljun (€483,986), prezz erba’ darbiet għola minn tmien snin qabel.

Għalkemm dan l-appartament ra l-mewt ta’ ragel li ħaraq lilu nnifssu bil-faħam, u l-mewt ta’ pulizija li għamlet suwiċidju, in-nies Ċiniżi lesti jinsew dawn l-ġrajjiet ta’ tkexkix minħabba li dan l-appartament huwa ferm irħas minn appartamenti oħra fis-suq.

Ng Goon-Lau għamel isem għalih innifsu billi jixtri appartamenti marbuta ma’ xi maledizzjoni u jbiegħhom ftit snin wara għall-prezz ferm ikbar minn dak li kien inizjalment xtarhom hu. Minħabba ż-żieda enormi fil-prezz tad-djar Ng qal “is-suq bħalissa ma tistax taqbadlu kaptu, d-domandu fis-suq hija enormi. Li tixtri appartament li qabel kien marbut ma’ xi maledizzjoni huwa mod prattikku ferm biex persuna tiffranka lira.”