Reuters

12-il tifel ta’ bejn il-11 u s-16-il sena u l-kowċ tal-futbol tagħhom ta’ 25 sena għebu f’għar fit-Tham Luang fil-belt Chiang Rai ħamest ijiem ilu.

Il-Forzi Amerikani u l-bugħaddasa Brittaniċi għadhom kemm waslu fit-Tajlandja sabiex jgħinu fit-tfittxija.

Fil-ħames ġurnata, għandu jiġi ddrilljat xaft fl-għar, għaliex hu mifhmum li dawn it-13-il persuna weħlu ġol-għar u ma jistgħux joħorġu minnu minħabba l-ilma tal-għargħar.