It-12-il tifel u l-kowċ tagħhom li kienu mitlufa f’għar fit-Tajlandja instabu ħajjin.

Il-Gvernatur ikkonferma li t-tlettax li huma nstabu ħajjin wara disat ijiem mitlufa fl-għerien fit-Tajlandja.

Madankollu, it-tfal u l-kowċ tagħhom għadhom ma nħarġux mill-għar, li xi wħud sejħulu labirint.

Xi għażliet li ssemmew huma li l-membri tas-salvataġġ jistennew sakemm l-għargħar jieqaf sabiex joħorġuhom, jonkella jgħallmu lit-tfal kif jużaw apparat tal-bugħaddasa sabiex ikunu jistgħu joħorġu.

Għadu mhuwiex ċar jekk xi ħadd minnhom huwiex imweġġa’ jew jeħtieġx għajnuna medika.