Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku sabiex ma jikkunsmax żewġ prodotti tal-friża għax hemm ċans li fihom mikrobu.

Il-prodotti tad-ditta Freshona huma l-qamħirrun (sweetcorn) u ħaxix imħallat, li hemm possibilità li fihom il-Listeria monocytogenes.

Il-midja Ingliża llum irrappurtat li dawn l-istess prodotti qed jiġu rtirati mis-suq wara li qatlu disa’ persuni.

Għal aktar informazzjoni, tista’ ċċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew tibgħat imejl fuq mhi@gov.mt

Tista’ wkoll iżżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.