Reuters

Erbgħat itfal u l-kowċ tal-futbol tagħhom għadhom maqbudin fl-għar mgħerreq taħt l-art fit-Tramuntana tat-Tajlandja. Huma qed jistennew sakemm illum tkompli l-ħidma biex jinħarġu minn hemmhekk, wara li lbieraħ inħarġu erba’ u llum inħarġu erba’ oħra.

Il-ħidma ta’ salvataġġ għas-subien bl-etajiet ivarjaw bejn il-11 u s-16-il sena twaqqfet temporanjament tard ilbieraħ filgħaxija sabiex jerġgħu jimtlew it-tankijiet tal-ossiġnu u jsiru l-preparamenti neċessarji li jieħdu madwar 10 sigħat.

Il-bugħaddasa bdew jitolbu lis-subien sabiex iżommu magħhom huma u jinħarġu mill-għar, filwaqt li ntalbu jilbsu maskri tal-ossiġnu sabiex ikunu jistgħu jieħdu nifs normali.

Intant, xita qawwija kompliet nieżla madwar iż-żona tal-għar fil-provinċja ta’ Chiang Rai, li qed tkompli żżid ir-riskju fil-missjoni ta’ salvataġġ.

It-tfal u l-kowċ ilhom maqbudin fl-għar għal aktar minn ġimgħatejn.