2 minuti qari

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Gvern estenda għal sena l-oħra l-inizjattiva li jsir il-ġbir tal-iskart fil-borża s-sewda kull filgħaxija. Dan jikkumplimenta servizzi l-oħra tal-beach cleaners, ħaddiema tal-manutenzjoni, tindif ta’ toroq

Hija qalet dan meta nediet l-inizjattiva I love ix-Xlendi mtellgħa mill-Kunsill Lokali tal-Munxar bl-appoġġ finanzjarju u tal-Gvern. I love ix-Xlendi tikkonsisti f’għadd ta’ attivitajiet fil-bajja tax-Xlendi kull tmiem il-ġimgħa matul is-sajf.

Il-Ministru Justyne Caruana enfasizzat l-importanza ta’ attivitajiet popolari bħal dawn fejn minbarra li jikkumplimentaw il-ġmiel naturali tax-Xlendi, b’ spettaklu varjat.

Justyne Caruana qalet li din l-inizjattiva timxi pari passu mal-festivals ta’ kull ġimgħa li tħabbru fl-Imġarr u f’Marsalforn. Il-Ministru spjegat li l-programm I love ix-Xlendi  se jsir kull ġimgħa bejn tmiem il-ġimgħa li ġej u l-15 ta’ Settembru.

Il-Ministru tkellmet dwar l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex iż-żoni turistiċi fil-gżira jinżammu fl-aħjar stat possibbli minkejja d-diversi sfidi sinonimi ma’ dawn il-lokalitajiet.

Is-Sindku tal-Munxar Sonia Abela rringrazzjat lill-Ministru għall-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex f’din l-inizjattiva. Irreferiet għall-appoġġ li jsib il-Kunsill b’servizzi mill-Ministeru meta x-Xlendi jesperjenza żieda qawwija fir-residenzi li jagħżlu l-lokalità għall-btajjel tas-sajf.